Kawża C-2/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia – Spanja) – Instituto Nacional de la Seguridad Social vs Jesús Crespo Rey (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Anness XI, Taqsima “Spanja”, punt 2 — Pensjoni tal-irtirar — Metodu ta’ kalkolu — Ammont teoretiku — Bażi ta’ kontribuzzjoni rilevanti — Ftehim Speċjali — Għażla tal-bażi ta’ kontribuzzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-ħaddiem jikkontribwixxi skont il-bażi ta’ kontribuzzjoni minima)
C2942018MT720120180628MT00097282
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia – Spanja) – Instituto Nacional de la Seguridad Social vs Jesús Crespo Rey
(Kawża C-2/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Anness XI, Taqsima “Spanja”, punt 2 — Pensjoni tal-irtirar — Metodu ta’ kalkolu — Ammont teoretiku — Bażi ta’ kontribuzzjoni rilevanti — Ftehim Speċjali — Għażla tal-bażi ta’ kontribuzzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-ħaddiem jikkontribwixxi skont il-bażi ta’ kontribuzzjoni minima)”2018/C 294/09Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Instituto Nacional de la Seguridad Social
Konvenut: Jesús Crespo Rey
fil-preżenza ta’: Tesorería General de la Seguridad Social
Dispożittiv
Il-Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-ħaddiem migrant li jikkonkludi ftehim speċjali tas-sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru sabiex jikkontribwixxi skont il-bażi ta’ kontribuzzjoni minima b’tali mod li, fil-kalkolu tal-ammont teoretiku tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu, l-istituzzjoni kompetenti tal-imsemmi Stat Membru tassimila l-perijodu kopert minn dan il-ftehim ma’ perijodu mwettaq f’dan l-istess Stat Membru u, għal dan il-kalkolu, tieħu inkunsiderazzjoni biss il-kontribuzzjonijiet imħallsa fil-kuntest tal-imsemmi ftehim, anki jekk, qabel ma eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, l-imsemmi ħaddiem ikkontribwixxa, fl-Istat Membru inkwistjoni, skont bażijiet ogħla mill-bażi ta’ kontribuzzjoni minima, u l-ħaddiem sedentarju li ma għamilx użu mid-dritt tiegħu ta’ moviment liberu u li jikkonkludi tali ftehim għandu l-possibbiltà li jikkontribwixxi skont bażijiet ogħla mill-bażi ta’ kontribuzzjoni minima.
( 1 ) ĠU C 104, 3.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy