Kawża C-8/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Biosafe – Indústria de Reciclagens SA vs Flexipiso – Pavimentos SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 63, 167, 168, 178 sa 180, 182 u 219 — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Dritt għal tnaqqis tal-VAT — Terminu previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt — Tnaqqis ta’ VAT supplimentari mħallsa lill-Istat u li kienet is-suġġett ta’ dokumenti li jirrettifikaw il-fatturi inizjali wara aġġustament tat-taxxa — Data li fiha jibda jiddekorri t-terminu)
C2002018MT1220120180412MT0015122132
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Biosafe – Indústria de Reciclagens SA vs Flexipiso – Pavimentos SA
(Kawża C-8/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 63, 167, 168, 178 sa 180, 182 u 219 — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Dritt għal tnaqqis tal-VAT — Terminu previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt — Tnaqqis ta’ VAT supplimentari mħallsa lill-Istat u li kienet is-suġġett ta’ dokumenti li jirrettifikaw il-fatturi inizjali wara aġġustament tat-taxxa — Data li fiha jibda jiddekorri t-terminu)”2018/C 200/15Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Biosafe – Indústria de Reciclagens SA
Konvenuta: Flexipiso – Pavimentos SA
Dispożittiv
L-Artikoli 63, 167, 168, 178 sa 180, 182 u 219 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fihom, sussegwentement għal aġġustament tat-taxxa, taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) supplimentari tkun tħallset lill-Istat u kienet is-suġġett ta’ dokumenti li jirrettifikaw il-fatturi inizjali diversi snin wara l-kunsinna tal-oġġetti inkwistjoni, il-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqsis tal-VAT huwa rrifjutat għaliex it-terminu previst mill-imsemmija leġiżlazzjoni għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt beda jiddekorri mid-data ta’ ħruġ tal-imsemmija fatturi inizjali u skada.
( 1 ) ĠU C 95, 27.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy