23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – kawża mressqa minn Maria Tirkkonen
(Kawża C-9/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi ta’ konsulenza agrikola - Eżistenza jew le ta’ kuntratt pubbliku - Sistema ta’ xiri ta’ servizzi li tikkonsisti fl-ammissjoni ta’ kull operatur ekonomiku li jissodisfa kundizzjonijiet prestabbiliti bħala fornitur - Sistema mhux miftuħa sussegwentement għal operaturi ekonomiċi oħra))
(2018/C 142/16)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Maria Tirkkonen
Fil-preżenza ta’: Maaseutuvirasto
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema ta’ konsulenza agrikola, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha entità pubblika taċċetta lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kapaċità elenkati mis-sejħa għal offerti u li għaddew mill-eżami msemmi f’din is-sejħa għal offerti ma tikkostitwixxix kuntratt pubbliku, fis-sens ta’ din id-direttiva, anki jekk operatur ġdid ma jkunx jista’ jiġi aċċettat matul il-validità limitata ta’ din is-sistema.
(1) ĠU C 86, 20.3.2017