3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Tribunalul Botoşani, Ministerul Justiţiei vs Maria Dicu
(Kawża C-12/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Dritt għal-leave annwali mħallas - Direttiva 2010/18/UE - Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri [parentali] - Leave parentali mhux meqjus li huwa perijodu ta’ xogħol effettiv))
(2018/C 436/06)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tribunalul Botoşani, Ministerul Justiţiei
Konvenuta: Maria Dicu
Fil-preżenza ta’: Curtea de Apel Suceava, Consiliul Superior al Magistraturii
Dispożittiv
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas iggarantit minn dan l-artikolu lil ħaddiem fir-rigward ta’ perijodu ta’ riferiment, ma tikkunsidrax it-tul ta’ leave parentali meħud minn dan il-ħaddiem matul l-imsemmi perijodu bħala perijodu ta’ xogħol effettiv.
(1) ĠU C 104, 3.4.2017
Full & Egal Universal Law Academy