1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – TGE Gas Engineering GmbH – Sucursal em Portugal vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-16/17) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Oriġini u portata tad-dritt ta’ tnaqqis)
(2018/C 352/05)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TGE Gas Engineering GmbH – Sucursal em Portugal
Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira
Dispożittiv
L-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tqis li kumpannija li jkollha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, u l-fergħa tagħha fl-ewwel wieħed minn dawn l-Istati huma żewġ persuni taxxabbli distinti minħabba li kull waħda minn dawn l-entitajiet għandu jkollha numru ta’ identifikazzjoni fiskali, u tirrifjuta, għal din ir-raġuni, lill-fergħa id-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq noti ta’ debitu maħruġa minn grupp ta’ interess ekonomiku li l-imsemmija kumpannija (u mhux il-fergħa tagħha) hija membru tiegħu.
(1) ĠU C 104, 3.4.2017.