5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – ir-Renju Unit) – Grenville Hampshire vs The Board of the Pension Protection Fund
(Kawża C-17/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Direttiva 2008/94/KE - Artikolu 8 - Skemi komplementari ta’ previdenza - Protezzjoni tad-drittijiet għall-benefiċċji tax-xjuħija - Livell ta’ protezzjoni minima ggarantit))
(2018/C 399/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Grenville Hampshire
Konvenut: The Board of the Pension Protection Fund
fil-preżenza ta’: Secretary of State for Work and Pensions
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li kull ħaddiem impjegat partikolari għandu jibbenefika minn benefiċċji tax-xjuħija li jikkorrispondu minn tal-inqas għal 50 % tal-valur tad-drittijiet kweżiti tiegħu skont skema komplementari ta’ previdenza professjonali fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegah.
2)
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, għandu effett dirett, b’mod li jista’ jiġi invokat quddiem qorti nazzjonali minn ħaddiem impjegat individwali sabiex tiġi kkontestata deċiżjoni ta’ korp, bħall-Board of the Pension Protection Fund (il-Bord tal-Fond tal-Protezzjoni tal-Pensjoni, ir-Renju Unit).
(1) ĠU C 78, 13.3.2017
Full & Egal Universal Law Academy