12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Settembru 2018 – Birkenstock Sales GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-26/17 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn ta’ linji mmewġa inkroċjati - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(b) - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Disinn ta’ superfiċje))
(2018/C 408/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Birkenstock Sales GmbH (rappreżentanti: C. Menebröcker u V. Töbelmann, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)(rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Birkenstock Sales GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 151, 15.5.2017
Full & Egal Universal Law Academy