27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal’Østre Landsret – id-Danimarka) – NN A/S vs Skatteministeriet
(Kawża C-28/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 49 TFUE - Taxxa fuq il-kumpanniji - Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tissuġġetta t-trasferiment tat-telf imġarrab minn stabbiliment permanenti, li jinsab fit-territorju nazzjonali, ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, lejn kumpannija residenti li tagħmel parti mill-istess grupp, għal kundizzjoni marbuta mal-impossibbilta li t-telf jintuża għall-finijiet ta’ taxxa barranija))
(2018/C 301/06)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: NN A/S
Konvenut: Skatteministeriet
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-kumpanniji residenti ta’ grupp huma awtorizzati jnaqqsu mir-riżultat integrat tagħhom it-telf ta’ stabbiliment permanenti residenti ta’ sussidjarja mhux residenti ta’ dan il-grupp fil-każ biss li r-regoli applikabbli fl-Istat Membru fejn ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha s-sussidjarja ma jippermettux li dan it-telf jitnaqqas mir-riżultat ta’ din tal-aħħar, f’sitwazzjoni fejn l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni tkun marbuta ma’ dik ta’ konvenzjoni dwar il-prevenzjoni tat-taxxa doppja li tawtorizza, f’dan l-Istat Membru tal-aħħar, it-tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul dovuta mis-sussidjarja b’ammont li jikkorrispondi għat-taxxa fuq id-dħul imħallsa, fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab dan l-istabbiliment permanenti, fir-rigward tal-attività tiegħu. Madankollu, l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tali leġiżlazzjoni jekk l-applikazzjoni tagħha jkollha l-effett li ċċaħħad lill-imsemmi grupp minn kull possibbiltà effettiva li jnaqqas l-imsemmi telf mir-riżultat integrat tiegħu, f’sitwazzjoni fejn tpaċija ta’ dan l-istess telf mar-riżultat tal-imsemmija sussidjarja jkun impossibbli fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun stabbilita, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju
(1) ĠU C 121, 18.04.2017.
Full & Egal Universal Law Academy