Kawża C-30/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Dyrektor Izby Celnej w Poznaniu vs Kompania Piwowarska S.A. w Poznaniu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dispożizzjonijiet fiskali — Dazji tas-sisa — Direttiva 92/83/KEE — Artikolu 3(1) — Alkoħol u xorb alkoħoliku — Birra — Birra aromatizzata — Grad Plato — Metodu ta’ kalkolu)
C2402018MT520120180517MT00075262
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Dyrektor Izby Celnej w Poznaniu vs Kompania Piwowarska S.A. w Poznaniu
(Kawża C-30/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dispożizzjonijiet fiskali — Dazji tas-sisa — Direttiva 92/83/KEE — Artikolu 3(1) — Alkoħol u xorb alkoħoliku — Birra — Birra aromatizzata — Grad Plato — Metodu ta’ kalkolu)”2018/C 240/07Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dyrektor Izby Celnej w Poznaniu
Konvenuta: Kompania Piwowarska S.A. w Poznaniu
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għad-determinazzjoni tal-bażi ta’ taxxa tal-birer aromatizzati skont l-iskala Plato, hemm lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-estratt niexef tal-wort oriġinali mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-aromi u x-xropp taz-zokkor miżjuda wara li ssir il-fermentazzjoni.
( 1 ) ĠU C 161, 22.5.2017
Full & Egal Universal Law Academy