14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Bleiburg/Okrajno Sodišče Pliberk – l-Awstrija) – Čepelnik d.o.o. vs Michael Vavti
(Kawża C-33/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Servizzi fis-suq intern - Direttiva 2006/123/KE - Dritt industrijali - Kollokament ta’ ħaddiema sabiex jitwettqu xogħlijiet ta’ kostruzzjoni - Dikjarazzjoni tal-ħaddiema - Konservazzjoni u traduzzjoni ta’ skedi ta’ ħlas - Sospensjoni tal-pagamenti - Ħlas ta’ garanzija mid-destinatarju ta’ servizzi - Garanzija għal multa eventwali imposta fuq il-fornitur ta’ servizzi))
(2019/C 16/07)
Lingwi tal-kawża: il-Ġermaniż u s-Sloven
Qorti tar-rinviju
Bezirksgericht Bleiburg/Okrajno Sodišče Pliberk
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Čepelnik d.o.o.
Konvenut: Michael Vavti
Dispożittiv
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu fuq il-persuna li tqabbad ix-xogħlijiet stabbilita f’dan l-Istat Membru li tissospendi l-pagamenti lill-parti kontraenti tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, jew anki li tħallas garanzija għal ammont ekwivalenti għall-prezz li jkun għadu dovut għax-xogħlijiet, sabiex jiġi żgurat il-ħlas tal-eventwali multa li tista’ tiġi imposta fuq din il-parti kontraenti fil-każ ta’ ksur ikkonfermat tad-dritt industrijali tal-ewwel Stat Membru.
(1) ĠU C 86, 20.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy