12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia – Spanja) – Isabel González Castro vs Mutua Umivale, Prosegur España SL, Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)
(Kawża C-41/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 92/85/KEE - Artikoli 4, 5 u 7 - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Ħaddiema li qiegħda tredda’ - Xogħol ta’ billejl - Xogħol bix-xift imwettaq parzjalment matul il-lejl - Evalwazzjoni tar-riskji preżenti fil-pożizzjoni tax-xogħol - Miżuri ta’ prevenzjoni - Kontestazzjoni mill-ħaddiema kkonċernata - Direttiva 2006/54/KE - Artikolu 19 - Ugwaljanza fit-trattament - Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess - Oneru tal-prova))
(2018/C 408/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Isabel González Castro
Konvenuti: Mutua Umivale, Prosegur España SL, Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa japplika għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-ħaddiema kkonċernata tagħmel xogħol bix-xift li fil-kuntest tiegħu hija twettaq biss parti mill-funzjonijiet tagħha matul il-lejl.
2)
L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa japplika għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha ħaddiema, li ma tkunx ingħatat ċertifikat mediku li jiddikjara l-eżistenza ta’ riskju għat-treddigħ preżenti fil-pożizzjoni tax-xogħol tagħha u, konsegwentement, il-benefiċċju ekonomiku minħabba riskju matul it-treddigħ, tikkontesta, quddiem qorti nazzjonali jew quddiem kwalunkwe istanza oħra kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, l-evalwazzjoni tar-riskji preżenti fil-pożizzjoni tax-xogħol tagħha, meta din il-ħaddiema tipproduċi fatti ta’ natura li jissuġġerixxu li din l-evalwazzjoni ma inkludietx eżami speċifiku li jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni individwali tagħha u li jippermettu għalhekk li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess, fis-sens tad-Direttiva 2006/54, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
Huwa mbagħad il-konvenut li għandu jipproduċi l-prova li l-imsemmija evalwazzjoni tar-riskju kien fih effettivament tali eżami konkret u li, għaldaqstant, ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.
(1) ĠU C 121, 18.04.2017.
Full & Egal Universal Law Academy