27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 – Liam Jenkinson vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Eulex Kosovo
(Kawża C-43/17 P) (1)
((Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea - Ġurisdizzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni fuq it-tilwimiet dwar il-kuntratti ta’ xogħol - Kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi - Klawżoli ta’ arbitraġġ li jinnominaw, fl-aħħar kuntratt, il-qrati tal-Unjoni u, fil-kuntratti preċedenti, il-qrati ta’ Brussell (il-Belġju) - Deċiżjoni li ma jiġġeddidx l-aħħar kuntratt - Talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjonijiet kuntrattwali kollha f’“kuntratt għal żmien indeterminat” - Talbiet għal kumpens għal tkeċċija abbużiva - Teħid inkunsiderazzjoni tar-relazzjonijiet kuntrattwali li jippreċedu dan l-aħħar kuntratt - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea))
(2018/C 301/07)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Liam Jenkinson (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avocats)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Gattinara, L. Radu Bouyon u S. Bartelt, aġenti, sussegwentement minn Gattinara, A. Aresu u Radu Bouyon, aġenti), is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt, R. Spac u E. Orgován, aġenti), Eulex Kosovo (rappreżentanti: M. Vicente Hernandez, avocate, sussegwentement minn E. Raoult, avocate)
Dispożittiv
1)
Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Novembru 2016, Jenkinson vs Il-Kunsill et (T-602/15, EU:T:2016:660), huwa annullat.
2)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 104, 3.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy