5.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 83/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-18 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Frédéric Jahin vs Ministre de l’Économie et des Finances, Ministre des Affaires sociales et de la Santé
(Kawża C-45/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 u 65 TFUE - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 11 - Imposti fuq id-dħul mill-kapital li jikkontribwixxu għall-finanzjament tas-siġurtà soċjali ta’ Stat Membru - Eżenzjoni għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea affiljati ma’ skema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru ieħor - Persuni fiżiċi affiljati ma’ skema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat terz - Differenza fit-trattament - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni))
(2018/C 083/07)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Frédéric Jahin
Konvenuti: Ministre de l’Économie et des Finances, Ministre des Affaires sociales et de la Santé
Dispożittiv
L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha, ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, residenti fi Stat terz, li ma huwiex Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew il-Konfederazzjoni Svizzera, u li huwa affiljat hemmhekk ma’ skema ta’ sigurtà soċjali, huwa suġġett, fl-imsemmi Stat Membru, għal imposti fuq id-dħul mill-kapital fir-rigward ta’ kontribuzzjoni fl-iskema ta’ sigurtà soċjali stabbilita minn dan l-Istat Membru, filwaqt li ċittadin tal-Unjoni li jaqa’ taħt skema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru ieħor huwa eżonerat minn dan minħabba l-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali.
(1) ĠU C 121, 18.4.2017.