23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Bremen – il-Ġermanja) – Hubertus John vs Freie Hansestadt Bremen
(Kawża C-46/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat - Il-punt 1 tal-klawżola 5 - Miżuri intiżi għall-prevenzjoni mill-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 6(1) - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni skont l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-posponiment tat-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol stabbilita fl-età normali tal-irtirar minħabba l-ksib, mill-ħaddiem, tad-dritt għall-pensjoni tal-irtirar))
(2018/C 142/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesarbeitsgericht Bremen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hubertus John
Konvenuta: Freie Hansestadt Bremen
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li tissuġġetta il-posponiment tad-data ta’ tmiem tal-attività tal-ħaddiema li jkunu laħqu l-età legali sabiex jibbenefikaw minn pensjoni tal-irtirar ma’ ftehim tal-persuna li timpjega mogħti għal perijodu determinat.
2)
Il-punt 1 tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal terminu fiss konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li tippermetti lill-partijiet f’kuntratt ta’ xogħol jipposponu, bi ftehim komuni matul ir-relazzjoni ta’ impjieg, mingħajr limitu fiż-żmien u mingħajr ebda kundizzjoni oħra, u possibbilment diversi drabi, id-data tat-tmiem miftiehma marbuta ma’ meta tintlaħaq l-età normali tal-irtirar, u dan għas-sempliċi raġuni li, malli jilħaq l-età normali tal-irtirar, il-ħaddiem ikollu dritt għall-pensjoni tal-irtirar.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017.