Kawża C-57/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana – Spanja) – Eva Soraya Checa Honrado vs Fondo de Garantía Salarial (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Direttiva 2008/94/KE — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 — Ħlas żgurat mill-istituzzjoni ta’ garanzija — Kumpens għad-danni għat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg — Trasferiment tal-post ta’ xogħol li jeżiġi bidla ta’ residenza tal-ħaddiem — Bidla ta’ element essenzjali tal-kuntratt ta’ xogħol — Terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol mill-ħaddiem — Prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni)
C2942018MT810120180628MT00108181
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana – Spanja) – Eva Soraya Checa Honrado vs Fondo de Garantía Salarial
(Kawża C-57/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Direttiva 2008/94/KE — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 — Ħlas żgurat mill-istituzzjoni ta’ garanzija — Kumpens għad-danni għat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg — Trasferiment tal-post ta’ xogħol li jeżiġi bidla ta’ residenza tal-ħaddiem — Bidla ta’ element essenzjali tal-kuntratt ta’ xogħol — Terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol mill-ħaddiem — Prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni)”2018/C 294/10Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eva Soraya Checa Honrado
Konvenut: Fondo de Garantía Salarial
Dispożittiv
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata, ċerti allowances legali dovuti għal terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol bir-rieda tal-ħaddiem kif ukoll dawk dovuti fil-każ ta’ tkeċċija għal raġunijiet oġġettivi, bħal dawk imsemmija mill-qorti tar-rinviju, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “paga terminali [kumpensatorja] fi tmiem ir-relazzjonijiet ta’ l-impjieg”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-allowances legali dovuti għal terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol bir-rieda tal-ħaddiem minħabba t-trasferiment tal-post ta’ xogħol mill-persuna li timpjega, li jobbliga lill-ħaddiem ibiddel il-post ta’ residenza, għandhom ukoll jaqgħu taħt dan l-istess kunċett.
( 1 ) ĠU C 121, 18.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy