5.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 83/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – INEOS Köln GmbH vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-58/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a - Regoli tranżitorji għall-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjoni - Perijodu 2013-2020 - Deċiżjoni 2011/278/UE - Artikolu 3(h) - Kunċett ta’ “subinstallazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess” - Emissjonijiet li jirriżultaw mill-kombustjoni ta’ karbonju mhux kompletament ossidizzat - Residwi likwidi - Esklużjoni))
(2018/C 083/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: INEOS Köln GmbH
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Dispożittiv
L-Artikolu 3(h) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi mill-kunċett ta’ “subinstallazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mill-kombustjoni ta’ karbonju mhux kompletament ossidizzat fi stat likwidu.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017.