1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Château du Grand Bois SCI vs Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)
(Kawża C-59/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Suq tal-inbid - Regolament (KE) Nru 555/2008 - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni ta’ vinji - Kontrolli fil-post li ma għandhomx jitħabbru - Setgħat tal-uffiċjali ta’ kontroll - Possibbiltà għall-uffiċjali li jidħlu f’azjenda agrikola mingħajr ma jkunu kisbu l-kunsens tal-bidwi))
(2018/C 352/07)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Château du Grand Bois SCI
Konvenut: Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)
Dispożittiv
L-Artikoli 76, 78 u 81 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur ta’ l-inbid, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jawtorizzawx lill-uffiċjali li jwettqu kontroll fil-post li jidħlu f’azjenda agrikola mingħajr ma jkunu kisbu l-kunsens tal-bidwi.
(1) ĠU C 112, 10.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy