10.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia – Spanja) – Ángel Somoza Hermo, Ilunión Seguridad SA vs Esabe Vigilancia SA, Fondo de Garantia Salarial (FOGASA)
(Kawża C-60/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Artikolu 1(1) - Trasferiment ta’ impriża - Artikolu 3(1) - salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati - Surroga fil-kuntratti ta’ xogħol li ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv - Ftehim kollettiv li jeskludi l-obbligu, għaċ-ċedent u ċ-ċessjonarju tal-impriża, li jirrispondi in solidum għal obbligi li inklużi dawk relatati mal-pagi, li joriġinaw minn kuntratti ta’ xogħol qabel id-data tat-trasferiment ta’ din l-impriża)
(2018/C 319/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ángel Somoza Hermo, Ilunión Seguridad SA
Konvenuti: Esabe Vigilancia SA, Fondo de Garantia Salarial (FOGASA)
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva tapplika għal sitwazzjoni li fiha persuna li tat ordni kienet xoljiet il-kuntratt għall-provvista ta’ servizzi ta’ sorveljanza ta’ installazzjonijiet konkluż ma’ impriża u li, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ dan il-benefiċċju, ikkonkludiet kuntratt ġdid ma’ impriża oħra, li tieħu lura, skont ftehim kollettiv, parti essenzjali, f’termini ta’ numru u ta’ kompetenza, tal-persunal li l-ewwel impriża kienet assenjat għall-eżekuzzjoni tal-imsemmija provvista, sakemm l-operazzjoni hija akkumpanjata minn trasferiment ta’ entità ekonomika bejn iż-żewġ impriżi kkonċernati.
2)
Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-tieni domanda magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Galicia, Spanja), permezz tad-deċiżjoni tat-30 ta’ Diċembru 2016.
(1) ĠU C 121, 18.04.2017.
Full & Egal Universal Law Academy