12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Siemens Gamesa Renewable Energy România SRL, li kienet Gamesa Wind România SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
(Kawża C-69/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Dritt għal tnaqqis - Akkwisti mwettqa minn persuna taxxabbli ddikjarata li hija “inattiva” mill-amministrazzjoni fiskali - Rifjut tad-dritt għal tnaqqis - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità tal-VAT))
(2018/C 408/15)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Siemens Gamesa Renewable Energy România SRL, li kienet Gamesa Wind România SRL
Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, b’mod partikolari l-Artikoli 213, 214 u 273 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-amministrazzjoni fiskali tirrifjuta, lil persuna taxxabbli li wettqet akkwisti fil-perijodu li matulu n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tagħha kien ġie annullat minħabba l-ommissjoni li tippreżenta dikjarazzjonijiet fiskali, id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud marbuta ma’ dawn l-akkwisti permezz ta’ dikjarazzjonijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud magħmula – jew ta’ fatturi maħruġa – wara l-attivazzjoni mill-ġdid tan-numru ta’ identifikazzjoni tagħha għas-sempliċi raġuni li dawn l-akkwisti seħħew matul il-perijodu ta’ diżattivazzjoni, f’sitwazzjoni fejn ir-rekwiżiti sostantivi jkunu ssodisfatti u d-dritt għal tnaqqis ma jkunx qiegħed jiġi invokat b’mod frawdolenti jew abbużiv.
(1) ĠU C 144, 8.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy