3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo, Juzgado de Primera Instancia no 1 de Barcelona — Spanja) — Abanca Corporación Bancaria SA vs Alberto García Salamanca Santos (C-70/17), Bankia SA vs Alfonso Antonio Lau Mendoza, Verónica Yuliana Rodríguez Ramírez (C-179/17)
(Kawżi magħquda C-70/17 u C-179/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikoli 6 u 7 - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju - Dikjarazzjoni tan-natura parzjalment inġusta tal-klawżola - Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżola kkwalifikata bħala “inġusta” - Sostituzzjoni tal-klawżola inġusta b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali)
(2019/C 187/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo, Juzgado de Primera Instancia no 1 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Abanca Corporación Bancaria SA (C-70/17), Bankia SA (C-179/17)
Konvenuti: Alberto García Salamanca Santos (C-70/17), Alfonso Antonio Lau Mendoza, Verónica Yuliana Rodríguez Ramírez (C-179/17)
Dispożittiv
L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minn naħa, jipprekludu klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju li tiġi kkonstatata inġusta, milli tinżamm parzjalment, permezz tat-tħassir tal-elementi li jirrenduha inġusta, meta tali tħassir iwassal għal reviżjoni tal-kontenut tal-imsemmija klawżola billi tiġi affettwata s-sustanza tagħha, u li, min-naħa l-oħra, dawn l-istess artikoli ma jipprekludux lill-qorti nazzjonali milli tirrimedja n-nullità ta’ tali klawżola inġusta u tissostitwixxiha b’formulazzjoni ġdida tad-dispożizzjoni leġiżlattiva li ispirat din il-klawżola, applikabbli f’każ ta’ qbil tal-partijiet għall-kuntratt, sakemm il-kuntratt ta’ self ipotekarju inkwistjoni ma jkunx jista’ jkompli japplika f’każ ta’ tħassir tal-imsemmija klawżola inġusta, u li l-annullament tal-kuntratt fl-intier tiegħu jesponi lill-konsumatur għal konsegwenzi li partikolarment jikkawżaw preġudizzju.
(1) ĠU C 121, 18.4.2017
ĠU C 231, 17.7.2017
Full & Egal Universal Law Academy