23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – SC Petrotel-Lukoil SA, Maria Magdalena Georgescu vs Ministerul Economiei, Ministerul Energiei, Ministerul Finanţelor Publice
(Kawża C-76/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali - Artikolu 30 TFUE - Taxxa interna - Artikolu 110 TFUE - Taxxa applikata għall-prodotti petroliferi esportati - Nuqqas ta’ riperkussjoni tat-taxxa fuq il-konsumatur - Piż tat-taxxa sostnut mill-persuna taxxabbli - Rimbors tas-somom imħallsa mill-persuna taxxabbli))
(2018/C 142/18)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Petrotel-Lukoil SA, Maria Magdalena Georgescu
Konvenuti: Ministerul Economiei, Ministerul Energiei, Ministerul Finanţelor Publice
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 30 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna taxxabbli, li effettivament ħallset it-taxxa li għandha effett ekwivalenti u li tmur kontra dan l-artikolu, għandha tkun tista’ tikseb ir-rimbors tas-somom imħallsa minnha f’dan is-sens anki f’sitwazzjoni fejn il-mekkaniżmu ta’ ħlas tat-taxxa kien ikkonċepit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’tali mod li t-taxxa tgħaddi fuq il-konsumatur.
(1) ĠU C 151, 15.05.2017.