17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 – Société des produits Nestlé SA vs Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (C-84/17 P), vs Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Société des produits Nestlé SA (C-85/17 P), L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd, Société des produits Nestlé SA (C-95/17 P)
(Kawżi magħquda C-84/17 P, C-85/17 P u C-95/17 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ biċċa ċikkulata b’erba’ ċangaturi - Appell dirett kontra l-motivi - Inammissibbiltà - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(3) - Prova ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu))
(2018/C 328/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Société des produits Nestlé SA (rappreżentanti: G.S.P. Vos, advocaat u S. Malynicz QC) (C-84/17 P), Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd (rappreżentanti: T. Mitcheson, QC, u J. Lane Heald, barrister, bil-mandat ta’ P. Walsh, J. Blum u C. MacLeod, solicitors) (C-85/17 P), L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent) (C-95/17 P)
Partijiet oħra fil-proċedura: Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd (rappreżentanti: T. Mitcheson, QC, u J. Lane Heald, barrister, bil-mandat ta’ P. Walsh u J. Blum, solicitors), L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent) (C-84/17 P), L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Société des produits Nestlé SA (rappreżentanti: G.S.P. Vos, advocaat, u S. Malynicz, QC) (C-85/17 P), Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li qabel kienet Cadbury Holdings Ltd (rappreżentanti: T. Mitcheson, QC, u J. Lane Heald, barrister, bil-mandat ta’ P. Walsh u J. Blum, solicitors), Société des produits Nestlé SA (rappreżentanti: G.S.P. Vos, advocaat, u S. Malynicz, QC) (C-95/17 P)
Intervenjenti insostenn tal-appellanti fil-kawża C-84/17 P: European Association of Trade Mark Owners (Marques) (rappreżentant: M. Viefhues, Rechtsanwalt)
Dispożittiv
1)
L-appelli huma miċħuda.
2)
Société des produits Nestlé SA, European Association of Trade Mark Owners (Marques), Mondelez UK Holdings & Services Ltd u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 178, 6.6.2017
ĠU C 161, 22.5.2017
Full & Egal Universal Law Academy