10.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Korkein oikeus – il-Finlandja) – Zurich Insurance PLC, Metso Minerals Oy vs Abnormal Load Services (International) Limited
(Kawża C-88/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni - It-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 - Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu - Post tal-provvista tas-servizzi - Kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija bejn żewġ Stati Membri - Rotta kkostitwita minn diversi stadji u mwettqa b’diversi mezzi ta’ trasport))
(2018/C 319/09)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zurich Insurance PLC, Metso Minerals Oy
Konvenuta: Abnormal Load Services (International) Limited
Dispożittiv
It-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kuntratt dwar it-trasport ta’ merkanzija bejn Stati Membri f’diversi stadji, b’waqfiet, u permezz ta’ diversi modi ta’ trasport, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kemm il-post ta’ spedizzjoni kif ukoll il-post ta’ kunsinna tal-merkanzija jikkostitwixxu postijiet ta’ provvista tas-servizz ta’ trasport, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 112, 10.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy