Kawża C-90/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Turbogás Produtora Energética SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku — It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) — Entità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess — Produtturi tal-elettriku żgħar — Artikolu 14(1)(a) — Prodotti tal-enerġija għall-użu fil-produzzjoni tal-elettriku — Obbligu ta’ eżenzjoni)
C2942018MT910120180627MT00119191
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Turbogás Produtora Energética SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-90/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku — It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) — Entità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess — Produtturi tal-elettriku żgħar — Artikolu 14(1)(a) — Prodotti tal-enerġija għall-użu fil-produzzjoni tal-elettriku — Obbligu ta’ eżenzjoni)”2018/C 294/11Lingwa tal-kawża: il-Portugall
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Turbogás Produtora Energética SA
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Dispożittiv
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) u l-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96/KE tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku għandhom jiġu interpretati fis-sens li entità, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess, indipendentement mill-kobor ta’ dan l-użu u indipendentement mill-attività ekonomika li hija teżerċita b’mod prinċipali, għandha titqies li hija “distributur”, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, li l-konsum tal-elettriku tagħha għall-finijiet tal-produzzjoni tal-elettriku jaqa’ madankollu taħt l-eżenzjoni obbligatorja prevista fl-imsemmi Artikolu 14(1)(a).
( 1 ) ĠU C 144, 8.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy