14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-93/17) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ rkupru - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Impriża li twettaq kemm attivitajiet ċivili u militari - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ Stat Membru - Artikolu 346(1)(b) TFUE - Sanzjonijiet finanzjarji - Pagamenti ta’ penalità - Somma f’daqqa - Kapaċità ta’ ħlas - Fattur “n” - Fatturi li huma l-bażi tal-evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ ħlas - Prodott domestiku gross - Ippeżar tal-voti tal-Istat Membru fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Regola ta’ votazzjoni ġdida fil-Kunsill))
(2019/C 16/09)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u B. Stromsky, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u A. Samoni-Rantou, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fid-data li fiha skada t-terminu mogħti fl-ittra ta’ intimazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea fis-27 ta’ Novembru 2014, il-miżuri kollha li tinvolvi l-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-28 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-485/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:395), ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 260(1) TFUE.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 7 294 000 għal kull perijodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ din is-sentenza sad-data tal-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-28 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-485/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:395).
3)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 10 000 000.
4)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 24.04.2017.
Full & Egal Universal Law Academy