17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa – Spanja) – Gardenia Vernaza Ayovi vs Consorci Sanitari de Terrassa
(Kawża C-96/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż bejn CES, UNICE u CEEP - Konsegwenzi ta’ tkeċċija dixxiplinari kklassifikata bħala “inġusta” - Kunċett ta’ “l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg” - Ħaddiem temporanju għal żmien indeterminat - Differenza fit-trattament bejn il-ħaddiem permanenti u l-ħaddiem temporanju għal żmien determinat jew indeterminat - Reintegrazzjoni tal-ħaddiem jew għoti ta’ kumpens))
(2018/C 328/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gardenia Vernaza Ayovi
Konvenut: Consorci Sanitari de Terrassa
Dispożittiv
Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li, meta t-tkeċċija dixxiplinari ta’ ħaddiem permanenti fis-servizz ta’ amministrazzjoni pubblika tiġi ddikjarata inġusta, il-ħaddiem ikkonċernat huwa bilfors irrientegrat, filwaqt li, fl-istess ipoteżi, ħaddiem temporanju jew ħaddiem temporanju għal żmien indeterminat li jwettaq l-istess kompiti bħal dan il-ħaddiem permanenti jista’ ma jiġix irrientegrat u jirċievi kumpens bħala korrispettiv.
(1) ĠU C 151, 15.05.2017
Full & Egal Universal Law Academy