12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2018 – Infineon Technologies AG vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-99/17 P) (1)
((Appell - Akkordji - Suq Ewropew tal-ismart card chips - Netwerk ta’ kuntatti bilaterali - Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Kontestazzjoni dwar l-awtentiċità tal-provi - Drittijiet tad-difiża - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan” - Ksur uniku u kontinwu - Stħarriġ ġudizzjarju - Ġurisdizzjoni sħiħa - Portata - Kalkolu tal-ammont tal-multa))
(2018/C 408/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Infineon Technologies AG (rappreżentanti: M. Dreher, T. Lübbig u M. Klusmann, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, A. Dawes u J. Norris-Usher, aġenti)
Dispożittiv
1.
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Diċembru 2016, Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni (T-758/14, mhux ippubblikata, EU:T:2016:737), hija annullata, peress li l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba sussidjarja ta’ Infineon Technologies AG intiża għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha mill-Kummissjoni.
2.
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3.
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq it-talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq Infineon Technologies AG fid-dawl tas-sitt motiv.
4.
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 168, 29.05.2017.
Full & Egal Universal Law Academy