3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Komisia za zashtita na potrebitelite vs Evelina Kamenova
(Kawża C-105/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2005/29/KE - Artikolu 2(b) u (d) - Direttiva 2011/83/UE - Artikolu 2(2) - Kunċetti ta’ “kummerċjant” u ta’ “prattiki kummerċjali))
(2018/C 436/09)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad – Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Komisia za zashtita na potrebitelite
Konvenuta: Evelina Kamenova
Fil-preżenza ta’: Okrazhna prokuratura – Varna
Dispożittiv
L-Artikolu 2(b) u(d) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) u l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna fiżika, li tippubblika fuq sit Internet, b’mod simultanju, għadd ta’ reklami li joffru għall-bejgħ oġġetti ġodda u użati, bħall-konvenuta fil-kawża prinċipali, tista’ tiġi kklassifikata bħala “kummerċjant”, u tali attività tista’ tikkostitwixxi “prattika kummerċjali”, biss jekk din il-persuna taġixxi għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ inkwistjoni.
(1) ĠU C 144, 08.05.2017.
Full & Egal Universal Law Academy