26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Okręgowy w Szczecinie – il-Polonja) – Paweł Hofsoe vs LVM Landwirtschaftlicher Versicherungsverein Münster AG
(Kawża C-106/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 11(1)(b) u Artikolu 13(2) - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni - Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae - Kunċett ta’ “parti li tkun ġarrbet il-ħsara” - Professjonist fis-settur tal assigurazzjoni - Esklużjoni)
(2018/C 112/07)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Szczecinie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Paweł Hofsoe
Konvenuta: LVM Landwirtschaftlicher Versicherungsverein Münster AG
Dispożittiv
L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 11(1)(b) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista’ jiġi invokat minn persuna fiżika, li l-attività professjonali tagħha tikkonsisti b’mod partikolari li tirkupra talbiet ta’ kumpens mingħand assiguraturi u li tinvoka kuntratt ta’ ċessjoni ta’ kreditu konkluż mal-vittma ta’ inċident tat-traffiku, sabiex tinbeda kawża ċivili kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli għal dan l-inċident, li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru ieħor minn dak tad-domiċilju tal-persuna li ġarrbet il-ħsara, quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar.
(1) ĠU C 202, 26.06.2017.