12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 5 de Cartagena – Spanja) – Bankia SA vs Juan Carlos Mari Merino, Juan Pérez Gavilán, María Concepción Mari Merino
(Kawża C-109/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self b’garanzija ipotekarja - Proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja - Evalwazzjoni mill-ġdid ta’ proprjetà immobbli qabel il-bejgħ bis-subbasta tagħha - Validità tal-istrument eżekuttiv - Artikolu 11 - Mezzi adegwati u effettivi kontra l-prattiki kummerċjali żleali - Qorti nazzjonali pprojbita milli tevalwa l-eżistenza ta’ prattiki kummerċjali żleali - Impossibbiltà li l-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja tiġi sospiża - Artikoli 2 u 10 - Kodiċi ta’ kondotta tajba - Assenza ta’ natura legalment vinkolanti ta’ dan il-kodiċi))
(2018/C 408/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 5 de Cartagena
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bankia SA
Konvenuti: Juan Carlos Mari Merino, Juan Pérez Gavilán, María Concepción Mari Merino
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi intepretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi lill-qorti adita bil-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja milli tistħarreġ, ex officio jew fuq talba tal-partijiet, il-validità tal-istrument eżekuttiv fid-dawl tal-eżistenza ta’ prattiki kummerċjali żleali u, f’kull każ, lill-qorti kompetenti biex tiddeċiedi fuq il-mertu dwar l-eżistenza ta’ dawn il-prattiki milli tadotta miżuri provviżorji, bħas-sospensjoni tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja.
2)
L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/29 għandu jiġi intepretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħtix natura legalment vinkolanti lil kodiċi ta’ kondotta, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva.
(1) ĠU C 161, 22.05.2017.
Full & Egal Universal Law Academy