1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Administration des douanes et droits indirects, Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) vs Hubert Clergeau et
(Kawża C-115/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 1964/82 - Dikjarazzjonijiet foloz jew manuvri bl-iskop li jinkisbu ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti qatgħat tal-laħam tal-annimali bovini dissussat - Emenda tar-Regolament Nru 1964/82 li testendi l-benefiċċju tal-ħlasijiet lura partikolari fuq l-esportazzjoni - Prinċipju tal-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli - It-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali))
(2018/C 352/09)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Administration des douanes et droits indirects, Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)
Konvenuti: Hubert Clergeau, Jean-Luc Labrousse, Jean-Jacques Berthellemy, Alain Bouchet, Jean-Pierre Dubois, Marcel Géry, Jean-Paul Matrat, Jean-Pierre Paziot, Patrice Raillot
Dispożittiv
Il-prinċipju ta’ retroattività tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli, kif stabbilit fit-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li persuna tkun ikkundannata talli kisbet indebitament ħlasijiet lura speċjali fuq esportazzjoni previsti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82, tal-20 ta’ Lulju 1982, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet [ħlasijiet lura] speċjali tal-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat tal-annimali bovini, permezz ta’ manuvri jew ta’ dikjarazzjonijiet foloz dwar in-natura tal-oġġetti li għalihom il-ħlasijiet lura kienu mitluba, filwaqt li, wara emenda għal dan ir-regolament li seħħet wara l-fatti inkriminati, l-oġġetti li hija esportat saru eliġibbli għal dawn il-ħlasijiet lura.
(1) ĠU C 178, 6.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy