6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság — l-Ungerija) — Zsuzsanna Dunai vs ERSTE Bank Hungary Zrt
(Kawża C-118/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 1(2) - Artikolu 6(1) - Kuntratt ta’ self ddenominat f’munita barranija - Differenza fir-rati tal-kambju - Sostituzzjoni b’dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ klawżola inġusta ddikjarata nulla - Riskju tal-kambju - Kuntratt li jibqa’ fis-seħħ wara t-tneħħija tal-klawżola inġusta - Sistema nazzjonali ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dritt)
(2019/C 155/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Budai Központi Kerületi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zsuzsanna Dunai
Konvenuta: ERSTE Bank Hungary Zrt
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li:
—
ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-qorti adita milli tilqa’ talba intiża għall-annullament ta’ kuntratt ta’ self ibbażata fuq in-natura inġusta ta’ klawżola dwar id-differenza fir-rati tal-kambju, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm il-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ tali klawżola tkun tippermetti li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni fid-dritt u fil-fatt li l-konsumatur kien ikun fiha fin-nuqqas ta’ din il-klawżola inġusta, u
—
jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti adita milli tilqa’ talba intiża għall-annullament ta’ kuntratt ta’ self ibbażata fuq in-natura inġusta ta’ klawżola dwar ir-riskju tal-kambju, meta jiġi kkonstatat li din il-klawżola tkun inġusta u li l-kuntratt ma jkunx jista’ jibqa’ fis-seħħ mingħajr l-imsemmija klawżola.
2)
Id-Direttiva 93/13, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, ma tipprekludix li qorti suprema ta’ Stat Membru tadotta, fl-interess ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dritt, deċiżjonijiet vinkolanti dwar il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ din id-direttiva, sakemm dawn la jipprojbixxu lill-qorti kompetenti milli tiżgura l-effett sħiħ tar-regoli previsti fl-imsemmija direttiva u toffri lill-konsumatur rimedju effettiv għall-protezzjoni tad-drittijiet li huwa jista’ jislet minnhom, u lanqas milli tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal deċiżjoni preliminari f’dan ir-rigward, liema fatt madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 221, 10.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy