1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Satversmes tiesa – il-Latvja) – Administratīvā rajona tiesa vs Ministru kabinets
(Kawża C-120/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Appoġġ għall-iżvilupp rurali - Regolament (KE) Nru 1257/1999 - Artikoli 10 sa 12 - Għajnuna għall-irtirar kmieni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-trasferiment causa mortis tal-għajnuna għall-irtirar kmieni - Leġiżlazzjoni approvata mill-Kummissjoni Ewropea - Bidla sussegwenti fil-pożizzjoni - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi))
(2018/C 352/10)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Satversmes tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Administratīvā rajona tiesa
Konvenut: Ministru kabinets
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 10 sa 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-artikoli, l-Istati Membri jadottaw miżuri li jippermettu t-trasferiment causa mortis ta’ għajnuna għall-irtirar kmieni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
2)
Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li regola nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi t-trasferiment causa mortis ta’ għajnuna għall-irtirar kmieni u li kienet ġiet approvata mill-Kummissjoni bħala konformi mar-Regolament Nru 1257/1999, ħolqot aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-werrieta tal-bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna, u li konklużjoni bħal dik imsemmija fil-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2011, li tgħid li l-imsemmija għajnuna ma hijiex trasferibbli causa mortis, ma temmitx dawn l-aspettattivi leġittimi.
(1) ĠU C 168, 29.5.2017.
Full & Egal Universal Law Academy