3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-127/17) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Direttiva 96/53/KE - Traffiku internazzjonali - Vetturi konformi mal-valuri limiti li jirrigwardaw il-piż u d-dimensjonijiet speċifikati f’din id-direttiva - Użu ta’ tali vetturi, irreġistrati jew imqiegħda f’ċirkolazzjoni fi Stat Membru, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor - Sistema ta’ awtorizzazzjoni speċjali - Artikoli 3 u 7 - Att ta’ Adeżjoni tal-2003 - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Il-punt 8(3) tal-Anness XII)
(2019/C 187/08)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u W. Mölls, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Kamejsza-Kozłowska, J. Sawicka, aġenti, assistiti minn J. Waszkiewicz, espert)
Dispożittiv
1)
Billi imponiet fuq l-impriżi ta’ trasport l-obbligu li jkunu fil-pussess ta’ awtorizzazzjonijiet speċjali sabiex ikunu jistgħu jiċċirkolaw fuq ċerti toroq pubbliċi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha taħt l-Artikoli 3 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015, moqrija flimkien mal-punti 3.1 u 3.4 tal-Anness I tal-imsemmija Direttiva 96/53.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 151, 15.5.2017
Full & Egal Universal Law Academy