17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Mitsubishi Shoji Kaisha Ltd, Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe BV vs Duma Forklifts NV, G.S. International BVBA
(Kawża C-129/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 5 - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9 - Dritt tal-proprjetarju tad-trade mark li jopponi t-tneħħija minn terz tas-sinjali kollha identiċi għal din it-trade mark u t-twaħħil ta’ sinjali ġodda fuq prodotti identiċi għal dawk li għalihom l-imsemmija trade mark ġiet irreġistrata bl-għan li jiġu importati jew imqiegħda fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)))
(2018/C 328/16)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mitsubishi Shoji Kaisha Ltd, Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe BV
Konvenuti: Duma Forklifts NV, G.S. International BVBA
Dispożittiv
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks u l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista jopponi li, mingħajr il-kunsens tiegħu, terz ineħħi s-sinjali kollha identiċi għal din it-trade mark u jwaħħal sinjali oħra fuq prodotti mqiegħda taħt il-proċedura tal-ħażna doganali bħal fil-kawża prinċipali bl-għan li jimportahom jew li jqiegħedhom fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) fejn huma qatt ma ġew ikkummerċjalizzati.
(1) ĠU C 161, 22.5.2017.