9.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale Calabria – l-Italja) – Lloyd's of London vs Agenzia Regionale per la Protezione dell'Ambiente della Calabria
(Kawża C-144/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Artikoli 49 u 56 TFUE - Direttiva 2004/18/KE - Raġunijiet għal esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti - Servizzi ta’ assigurazzjoni - Parteċipazzjoni ta’ diversi sindakati ta’ Lloyd’s of London fl-istess sejħa għal offerti - Sottoskrizzjoni ta’ offerti mir-rappreżentant ġenerali ta’ Lloyd’s of London għall-pajjiżi kkonċernati - Prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità))
(2018/C 123/07)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale Calabria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lloyd's of London
Konvenuta: Agenzia Regionale per la Protezione dell'Ambiente della Calabria
Dispożittiv
Il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni naxxenti mill-Artikoli 49 u 56 TFUE u li huma previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekulux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix l-esklużjoni ta’ żewġ “syndicates” tal-Lloyd’s of London mill-parteċipazzjoni fl-istess proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni sempliċiment minħabba l-fatt li kull waħda mill-offerti rispettivi tagħhom ġiet sottoskritta mir-rappreżentant ġenerali tal-Lloyd’s of London għal dan l-Istat Membru, iżda għall-kuntrarju tippermetti l-esklużjoni tagħhom jekk ikun jidher, minn elementi inkontestabbli, li l-offerti ma ġewx ifformulati b’mod indipendenti.
(1) ĠU C 213, 03.07.2017.