17.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 455/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Internacional de Productos Metálicos, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-145/17 P) (1)
((Appell - Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina jew ikkunsinjati mill-Malasja - Ksur tal-ftehim antidumping konkluż fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) - It-tħassir tad-dazji antidumping definittivi li diġà nġabru - Effett mhux retroattiv - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Persuna kkonċernata individwalment - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni))
(2018/C 455/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Internacional de Productos Metálicos, SA (rappreżentanti: C. Cañizares Pacheco, E. Tejedor de la Fuente u A. Monreal Lasheras, abogados)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u G. Luengo, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Internacional de Productos Metálicos, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 195, 19.6.2017.