21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – ir-Rumanija) – Sindicatul Familia Constanţa, Ustinia Cvas et vs Direcţia Generală de Asistenţă Socială şi Protecţia Copilului Constanţa
(Kawża C-147/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 31 - Direttiva 2003/88/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Deroga - Artikolu 1(3) - Direttiva 89/391/KEE - Artikolu 2(2) - Attività ta’ assistent matern))
(2019/C 25/06)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Constanţa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sindicatul Familia Constanţa, Ustinia Cvas, Silvica Jianu, Dumitra Bocu, Cader Aziz, Georgeta Crângaşu, Sema Cutlacai
Konvenuta: Direcţia Generală de Asistenţă Socială şi Protecţia Copilului Constanţa
Dispożittiv
L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/88/KE tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, moqri flimkien mal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/391/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88 l-attività ta’ assistent matern li, fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol ma’ awtorità pubblika, jospita u jintegra minuri fil-familja tiegħu u li jiżgura, b’mod kontinwu, l-iżvilupp armonjuż u l-edukazzjoni ta’ dan il-minuri.
(1) ĠU C 231, 17.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy