21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – Swedish Match AB vs Secretary of State for Health
(Kawża C-151/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Manufattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk - Direttiva 2014/40/UE - Artikolu 1(c) u Artikolu 17 - Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti tat-tabakk għall-użu orali - Validità))
(2019/C 25/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Swedish Match AB
Konvenut: Secretary of State for Health
fil-preżenza ta’: New Nicotine Alliance
Dispożittiv
Mill-eżami tad-domanda magħmula ma ħareġ ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 1(c) u tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE.
(1) ĠU C 161, 22.05.2017
Full & Egal Universal Law Academy