Kawża C-152/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Consorzio Italian Management, Catania Multiservizi SpA vs Rete Ferroviaria Italiana SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali — Direttiva 2004/17/KE — Obbligu ta’ reviżjoni tal-prezz wara l-għoti tal-kuntratt — Assenza ta’ tali obbligu fid-Direttiva 2004/17/KE jew li jirriżulta mill-prinċipji ġenerali li fuqhom huma bbażati l-Artikolu 56 TFUE u d-Direttiva 2004/17/KE — Servizzi ta’ tindif u ta’ manutenzjoni marbuta mal-attività ta’ trasport ferrovjarju — Artikolu 3(3) TUE — Artikoli 26, 57, 58 u 101 TFUE — Assenza ta’ speċifikazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà — Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li ma jimplimentawx id-dritt tal-Unjoni Ewropea — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni)
C2002018MT1620120180419MT0021162172
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Consorzio Italian Management, Catania Multiservizi SpA vs Rete Ferroviaria Italiana SpA
(Kawża C-152/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali — Direttiva 2004/17/KE — Obbligu ta’ reviżjoni tal-prezz wara l-għoti tal-kuntratt — Assenza ta’ tali obbligu fid-Direttiva 2004/17/KE jew li jirriżulta mill-prinċipji ġenerali li fuqhom huma bbażati l-Artikolu 56 TFUE u d-Direttiva 2004/17/KE — Servizzi ta’ tindif u ta’ manutenzjoni marbuta mal-attività ta’ trasport ferrovjarju — Artikolu 3(3) TUE — Artikoli 26, 57, 58 u 101 TFUE — Assenza ta’ speċifikazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà — Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li ma jimplimentawx id-dritt tal-Unjoni Ewropea — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni)”2018/C 200/21Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Consorzio Italian Management u Catania Multiservizi SpA
Konvenuta: Rete Ferroviaria Italiana SpA
Dispożittiv
Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, kif emendata bir-Reglament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011, tat-30 ta’ Novembru 2011, u l-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jipprevedux ir-reviżjoni perijodika tal-prezzijiet wara l-għoti ta’ kuntratti li jaqgħu taħt is-setturi msemmija f’din id-direttiva.
( 1 ) ĠU C 213, 3.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy