10.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – SIA “E LATS” vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-154/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Punt 1 tal-Artikolu 311(1) - Sistema partikolari ta’ oġġetti użati - Kunċett ta’ “oġġetti użati” - Oġġetti li fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż mibjugħa mill-ġdid minn negozjant - Konverżjoni tal-imsemmija oġġetti wara l-bejgħ - Irkupru ta’ metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż - Kunċett ta’ “metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż”))
(2018/C 319/11)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “E LATS”
Konvenuti: Valsts ieņēmumu dienests
Dispożittiv
Il-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “oġġetti użati” ma jinkludix oġġetti użati li jkun fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż jekk dawn l-oġġetti ma għadhomx kapaċi jissodisfaw il-funzjonalità inizjali u żammew biss il-funzjonalitajiet inerenti għal dawn il-metalli u għal dan il-ħaġar, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika fid-dawl taċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha rilevanti ta’ kull każ partikolari.
(1) ĠU C 195, 19.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy