1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Land Nordrhein-Westfalen vs Dirk Renckhoff
(Kawża C-161/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Soċjetà tal-informazzjoni - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati - Artikolu 3(1) - Komunikazzjoni lill-pubbliku - Kunċett - Tqegħid online fuq sit internet, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt tal-awtur, ta’ ritratt ippubblikat preċedentement, mingħajr restrizzjoni u bl-awtorizzazzjoni tal-imsemmi detentur, fuq sit internet ieħor - Pubbliku ġdid))
(2018/C 352/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Land Nordrhein-Westfalen
Konvenuti: Dirk Renckhoff
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri t-tqegħid online fuq sit internet ta’ ritratt li kien ippubblikat qabel, mingħajr miżura li tirrestrinġi t-tniżżil tiegħu u bl-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur, fuq sit internet ieħor.
(1) ĠU C 231, 17.07.2017.
Full & Egal Universal Law Academy