17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Edel Grace, Peter Sweetman vs An Bord Pleanala
(Kawża C-164/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KE - Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa - Artikolu 6(3) u (4) - Evalwazzjoni tal-implikazzjonijiet ta’ pjan jew proġett fuq sit protett - Pjan jew proġett mhux direttament marbut jew neċessarju għat-tmexxija tas-sit - Proġett ta’ park eoliku - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Artikolu 4 - Żona ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) - Anness I - Bugħadam Abjad Prim (Circus cyaneus) - Habitat xieraq li jvarja tul iż-żmien - Tnaqqis temporanju jew definittiv ta’ superfiċi ta’ artijiet utli - Miżuri integrati fil-proġett intiżi biex jiżguraw, matul il-proġett, li s-superfiċi effettivament xierqa biex iżżomm fiha l-habitat naturali tal-ispeċi ma titnaqqasx, jew saħansitra tkun tista’ tiżdied))
(2018/C 328/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Edel Grace, Peter Sweetman
Konvenuti: An Bord Pleanala
Dispożittiv
L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta proġett ikun intiż li jitwettaq fuq sit indikat għall-protezzjoni u għall-konservazzjoni tal-ispeċi, li s-superfiċi tiegħu xierqa għall-ħtiġijiet ta’ speċi protetta tvarja maż-żmien, u meta tali proġett ikollu bħala effett li, temporanjament jew definittivament, ċerti partijiet ta’ dan is-sit ma jkunux ser jibqgħu ta’ natura li joffru habitat adatt lill-ispeċi inkwistjoni, iċ-ċirkustanza li dan il-proġett jinkludi miżuri intiżi li jiżguraw, wara li tkun twettqet l-evalwazzjoni xierqa tal-effetti tal-imsemmi proġett u matul il-ħajja tal-proġett imsemmi, li l-parti tal-imsemmi sit li b’mod konkret tista’ toffri habitat xieraq ma titnaqqasx, jew saħansitra tista’ tiżdied, ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni li għandha ssir skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu u intiża li tiżgura li l-proġett inkwistjoni mhux ser jaffettwa b’mod negattiv l-integrità tas-sit ikkonċernat, iżda taqa’, jekk ikun il-każ, taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-istess artikolu.
(1) ĠU C 178, 06.06.2017.
Full & Egal Universal Law Academy