11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État –Franza) – Morgan Stanley & Co International plc vs Ministre de l’Économie et des Finances
(Kawża C-165/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE - Direttiva 2006/112/KE - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Oġġetti u servizzi użati kemm għat-tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll għal tranżazzjonijiet eżenti (oġġetti u servizzi għal użu mħallat) - Determinazzjoni tat-tnaqqis pro rata applikabbli - Fergħa stabbilita fi Stat Membru differenti minn dak tas-sede tal-kumpannija - Spejjeż imwettqa mill-fergħa, iddedikati esklużivament għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet tas-sede - Spejjeż ġenerali tal-fergħa użati għat-twettiq kemm tat-tranżazzjonijiet tagħha kif ukoll għal dawk tas-sede))
(2019/C 93/04)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Morgan Stanley & Co International plc
Konvenuti: Ministre de l'Économie et des Finances
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 17(2), (3) u (5) u l-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif ukoll tal-Artikoli 168, 169, 173 sa 175 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż sostnuti minn fergħa rreġistrata fi Stat Membru, li huma ddedikati, esklużivament, kemm għat-tranżazzjonijiet suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud kif ukoll għal tranżazzjonijiet eżenti minn din it-taxxa, imwettqa mis-sede ta’ din il-fergħa li tinsab fi Stat Membru ieħor, għandu jiġi applikat it-tnaqqis pro rata li tirriżulta minn frazzjoni li d-denominatur tagħha huwa fformat mid-dħul mill-bejgħ, mingħajr taxxa fuq il-valur miżjud, ikkostitwit minn dawn it-tranżazzjonijiet biss u li n-numeratur tagħhom huwa fformat mit-tranżazzjonijiet intaxxati li jagħtu wkoll dritt ta’ tnaqqis jekk dawn jitwettqu fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tal-imsemmija fergħa, inkluż meta dan id-dritt ta’ tnaqqis jirriżulta mill-eżerċizzju ta’ possibbiltà, eżerċitata minn din tal-aħħar, li tikkonsisti fis-suġġettar għat-taxxa fuq il-valur miżjud tat-tranżazzjonijiet imwettqa f’dan l-Istat.
2)
L-Artikolu 17(2), (3) u (5) u l-Artikolu 19(1) tas-Sitt Direttiva 77/388 kif ukoll l-Artikoli 168, 169 u 173 sa 175 tad-Direttiva 2006/112, għadhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat it-tnaqqis pro rata applikabbli għall-ispejjeż ġenerali ta’ fergħa rreġistrata fi Stat Membru, li jikkontribwixxu għat-twettiq kemm tat-tranżazzjonijiet imwettqa minn din il-fergħa f’dan l-Istat kif ukoll tat-tranżazzjonijiet imwettqa mis-sede ta’ din stabbilita fi Stat Membru ieħor, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, għad-denominatur tal-frazzjoni li tikkostitwixxi dan it-tnaqqis pro rata, tranżazzjonijiet imwettqa kemm mill-imsemmija fergħa kif ukoll minn din is-sede, filwaqt li huwa ppreċiżat li għandu jkun hemm fin-numeratur tal-imsemmija frazzjoni, minbarra t-tranżazzjonijiet intaxxati mwettqa mill-istess fergħa, it-tranżazzjonijiet biss imwettqa mill-imsemmija sede, li jagħtu wkoll dritt ta’ tnaqqis jekk jitwettqu fl-Istat ta’ reġistrazzjoni tal-fergħa kkonċernata.
(1) ĠU C 213, 3.7.2017
Full & Egal Universal Law Academy