Kawża C-169/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino vs Administración del Estado (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 34 u 35 TFUE — Moviment liberu tal-merkanzija — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Protezzjoni tal-majjali — Prodotti ppreparati jew ikkummerċjalizzati fi Spanja — Standards ta’ kwalità għal-laħam, il-perżut, l-ispalla u l-filett tal-majjal Iberiku — Kundizzjonijiet għall-użu tad-denominazzjoni “de cebo” — Titjib tal-kwalità tal-prodotti — Direttiva 2008/120/KE — Kamp ta’ applikazzjoni)
C2762018MT610120180614MT00086172
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino vs Administración del Estado
(Kawża C-169/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 34 u 35 TFUE — Moviment liberu tal-merkanzija — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Protezzjoni tal-majjali — Prodotti ppreparati jew ikkummerċjalizzati fi Spanja — Standards ta’ kwalità għal-laħam, il-perżut, l-ispalla u l-filett tal-majjal Iberiku — Kundizzjonijiet għall-użu tad-denominazzjoni “de cebo” — Titjib tal-kwalità tal-prodotti — Direttiva 2008/120/KE — Kamp ta’ applikazzjoni)”2018/C 276/08Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino
Konvenuta: Administración del Estado
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 34 u 35 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
—
l-Artikolu 34 TFUE ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li d-denominazzjoni tal-bejgħ “iberico de cebo” tista’ tiġi attribwita biss għall-prodotti li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet imposti minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, meta din tal-aħħar tippermetti l-importazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li ġejjin minn Stati Membri minbarra l-Istati Membri l-oħra li adottaw l-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali, taħt id-denominazzjonijiet li għandhom skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom, anki jekk ikunu simili, analogi jew identiċi għad-denominazzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
—
l-Artikolu 35 TFUE ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
2)
L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali, moqri flimkien mal-Artikolu 12 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-użu ta’ ċerti denominazzjonijiet tal-bejgħ għall-prodotti ġejjin mill-majjal Iberiku ppreparati jew ikkummerċjalizzati fi Spanja għall-osservanza, mill-produtturi, ta’ kundizzjonijiet ta’ trobbija tal-majjal Iberiku iktar stretti minn dawk previsti f’dan l-Artikolu 3(1)(a) u età minima ta’ qatla ta’ għaxar xhur.
( 1 ) ĠU C 195, 19.6.2017
Full & Egal Universal Law Academy