14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
(Kawża C-171/17) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/123/KE - Artikoli 15 sa 17 - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Sistema nazzjonali ta’ ħlas mobbli - Monopolju))
(2019/C 16/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)
Konvenuta: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér u G. Koós, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi introduċiet u żammet fis-seħħ is-sistema nazzjonali ta’ ħlas mobbli rregolata bin-nemzeti mobil fizetési rendszerről szóló 2011. évi CC. törvény (il-Liġi Nru CC tal-2011 dwar is-Sistema Nazzjonali ta’ Ħlas Mobbli) u bit-356/2012. (XII. 13.) Korm. rendelet a nemzeti mobil fizetési rendszerről szóló törvény végrehajtásáról (id-Digriet tal-Gvern Nru 356/2012 li jimplimenta l-Liġi dwar is-Sistema Nazzjonali ta’ Ħlas Mobbli), l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu l5(2)(d) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, u taħt l-Artikolu 56 TFUE.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 231, 17.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy