12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich – il-Polonja) – Profi Credit Polska S.A. w Bielsku Białej vs Mariusz Wawrzosek
(Kawża C-176/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 2008/48/KE - Proċedura ta’ ordni għal ħlas ibbażata fuq ċedola li tiggarantixxi l-obbligi li jirriżultaw minn ftehim ta’ self għall-konsumatur))
(2018/C 408/24)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Profi Credit Polska S.A. w Bielsku Białej
Konvenut: Mariusz Wawrzosek
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti l-ħruġ ta’ ordni għal ħlas, ibbażata fuq ċedola regolari, li tiggarantixxi dejn naxxenti minn ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, meta l-qorti adita b’rikors għal ordni għal ħlas ma għandhiex is-setgħa li twettaq eżami tan-natura eventwalment inġusta tal-klawżoli ta’ dan il-kuntratt, peress li l-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-dritt li ssir oppożizzjoni għal tali digriet ma jippermettux li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet li l-konsumatur jislet minn din id-direttiva.
(1) ĠU C 300, 11.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy