12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X, Y vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-180/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni fil-qasam tal-ażil u tal-protezzjoni sussidjarja - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 46 - Direttiva 2008/115/KE - Artikolu 13 - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 18, Artikolu 19(2) u Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv - Prinċipju ta’ non-refoulement - Deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u li timponi l-obbligu ta’ ritorn - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għat-tieni livell ta’ azzjoni ġudizzjarja fil-qasam tal-ażil - Effett sospensiv ipso jure limitat għall-appell fl-ewwel istanza))
(2018/C 408/25)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X, Y
Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Dispożittiv
L-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 18 u tal-Artikolu 19(2), kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, filwaqt li tipprevedi appell kontra sentenza fl-ewwel istanza li tikkonferma deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u li timponi obbligu ta’ ritorn, ma tinkludix effett sospensiv ipso jure f’dan ir-rimedju anki meta l-persuna kkonċernata tinvoka riskju serju ta’ ksur tal-prinċipju ta’ non-refoulement.
(1) ĠU C 202, 26.6.2017
Full & Egal Universal Law Academy