25.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 – International Management Group vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi Magħquda C-183/17 P u C-184/17 P) (1)
((Appell - Kooperazzjoni għall-iżvilupp - Implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ ġestjoni indiretta - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Deċiżjoni li kompitu ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġi fdat lil persuna differenti minn dik magħżula inizjalment - Deċiżjoni li kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit ġodda ma jibqgħux jiġu fdati lill-entità magħżula inizjalment - Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 - Artikolu 43 - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 - Artikolu 43 - Kunċett ta’ “organizzazzjoni internazzjonali” - Kundizzjonijiet - Talba għal kumpens))
(2019/C 112/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: International Management Group (rappreżentanti: L. Levi u J.Y. de Cara, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u J. Baquero Cruz, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Frar 2017, International Management Group vs Il-Kummissjoni (T-29/15, mhux ippubblikata, EU:T:2017:56), u tat-2 ta’ Frar 2017, International Management Group vs Il-Kummissjoni (T-381/15, mhux ippubblikata, EU:T:2017:57), huma annullati.
2)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9787 finali tas-16 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2013) 7682 dwar il-Programm ta’ Azzjoni Annwali 2013 favur il-Mjanmar/Burma ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, hija annullata.
3)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tibqax tikkonkludi ftehimiet ta’ delega permezz ta’ ġestjoni indiretta ġodda ma’ International Management Group, li tinsab fl-ittra tagħha tat-8 ta’ Mejju 2015, hija annullata.
4)
Il-Kawża T-381/15 hija rrinvijata lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar it-talba għal kumpens ta’ International Management Group fir-rigward tad-danni li allegatament ġew ikkawżati lil din l-entità permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-punt 3 ta’ dan id-dispożittiv.
5)
L-appelli inċidentali huma miċħuda.
6)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi C-183/17 P, C-184/17 P u T-29/15.
7)
L-ispejjeż huma rriżervati fil-Kawża T-381/15.
(1) ĠU C 221, 10.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy