Kawża C-190/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Madrid – Spanja) – Lu Zheng vs Ministerio de Economía y Competitividad (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kontrolli ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1889/2005 — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 63 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Ċittadin ta’ pajjiż terz li jġorr somma kbira mhux iddikjarata ta’ flus kontanti fil-bagalji tiegħu — Obbligu ta’ dikjarazzjoni marbuta mal-ħruġ ta’ din is-somma mit-territorju Spanjol — Sanzjonijiet — Proporzjonalità)
C2592018MT1110120180531MT0014111111
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Madrid – Spanja) – Lu Zheng vs Ministerio de Economía y Competitividad
(Kawża C-190/17) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kontrolli ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1889/2005 — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 63 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Ċittadin ta’ pajjiż terz li jġorr somma kbira mhux iddikjarata ta’ flus kontanti fil-bagalji tiegħu — Obbligu ta’ dikjarazzjoni marbuta mal-ħruġ ta’ din is-somma mit-territorju Spanjol — Sanzjonijiet — Proporzjonalità)”2018/C 259/14Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lu Zheng
Konvenut: Ministerio de Economía y Competitividad
Dispożittiv
L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ somom kbar ta’ flus kontanti deħlin fi jew ħerġin mit-territorju ta’ dan l-Istat ikun suġġetti għal multa li tista’ tasal sad-doppju tal-ammont mhux iddikjarat.
( 1 ) ĠU C 221, 10.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy